Thursday, October 22, 2009

Konferma ohra li l-Gvern qed ifalli fil-glieda kontra l-gholi tal-hajja

L-istatistika ppublikata mill-NSO dwar l-indici armonizzat tal-prezzijiet, hija konferma ohra ta’ kemm il-gvern qed ifalli fil-glieda kontra l-gholi tal-hajja. Dan ghax fl-oqsma tal-ikel, utilitajiet, sahha u hwejjeg ergajna rajna zieda sinifikanti, matul ix-xahar ta’ Settembru.

Minkejja li l-gvern kien imwissi f’aktar minn okkazjoni wahda, b’mod partikolari mill-kunsill Malti ghall-Izvillup Ekonomiku u Socjali, dwar il-hsara ekonomika u socjali kkawzata mill-gholi tal-hajja, l-istatistika tal-NSO tikkonferma li baqa’ m’ghamel xejn.


M’ghamel xejn fost l-ohrajn dwar il-prezz tal-hxejjex u l-frott, bil-Gvern jibqa’ jirrifjuta milli jinvestiga kif fl-istess hin li l-bidwi qed igib prezz dejjem anqas tal-prodott tieghu, il-familji Maltin u Ghawdxin qed ihallsu prezzijiet dejjem akbar.

Il-Partit Laburista qed jistenna li fil-Budget li se jkun ipprezentat dalwaqt din is-sitwazzjoni tittiehed inkonsiderazzjoni u l-pizijiet li qed jiffaccaw il-konsumaturi jkunu mwiezna sew. Il-Gvern ghandu jaccetta l-proposti li qed tressaq l-oppozizzjoni Laburista biex tkun indirizzarta din is-sitwazzjoni, ewlenija fosthom tkun dik li jiffissa t-tariffi massimi tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma u jiffriza t-tariffi amministrattivi tieghu halli b’hekk tonqos l-incertezza fost il-konsumaturi.

Fil-Budget li jmiss qed nistennew ukoll li jithabbru d-dettalji, b’dati stabbiliti dwar il-holqien tal-agenzija li thares il-konsumaturi, liema agenzija kienet proposta mill-Partit Laburista.

No comments:

Post a Comment