Tuesday, August 4, 2009

Il-gvern ikkonferma kemm hu insensittiv u maqtugh mir-realta’ ekonomika u socjali ta’ pajjizna

Fi zmien meta l-konsumaturi Maltin u Ghawdxin qed jiffaccaw zidiet record ta’ gholi tal-hajja u qed jaraw il-kwalità tal-ghixien taghhom dejjem niezel, il-gvern iddecieda li jgholli mill-gdid il-prezz tal-gass. Din id-decizjoni m’hija xejn hlief konferma tal-insensittività tal-gvern immexxi minn Lawrence Gonzi.

Ghalkemm Joseph Muscat, fil-parlament kif ukoll barra, kemm-il darba talab konferma lill-gvern dwar jekk kienx se joghla mill-gdid il-Prezz tal-Gass, ghal ragunijiet elettorali Lawrence Gonzi naqas milli jwiegeb. Din hija attitudni irresponsabbli min-naha ta’ gvern li kemm il-darba jippriedka li l-interess nazzjonali jigi l-ewwel u qabel kollox.

Din iz-zieda ssegwi zieda sinifikanti ohra li kien hemm fil-prezz tal-Gas f’April li ghadda u meta tqis dan il-prezz ta’ cilindru gass irdoppja. Dawn iz-zidiet se jkunu riflessi f’zieda fil-prezz ta’ diversi prodotti u servizzi essenzjali. Zidiet li se jkollhom jaghmlu tajjeb ghalihom il-konsumaturi Maltin u Ghawdxin, li kif rrizulta mill-istatistika tal-eurostat fl-ahhar xhur, kienu qed jaffaccaw l-oghla zieda fl-gholi tal-hajja fl-UE. Fl-istess waqt l-haddiem Malti kien l-inqas haddiem fl-UE li kellu zieda fil-pagi, kif ikkonfermat l-istess eurostat.

Fi zmien meta diversi gvernijiet Ewropej qed jaraw kif jaghmlu biex itaffu mill-pizijiet li qed jiffaccaw ic-cittadini, il-gvern Malti qed ikomplu jkun hu li jikkawza aktar pizijiet. Ghal darba ohra l-gvern ta’ Lawrence Gonzi kkonferma kemm hu gvern insensittiv u maqtugh mir-realtà ekonomika u socjali ta’ pajjizna.

No comments:

Post a Comment