Thursday, April 2, 2009
Iz-zidiet fil-prezz tal-Gas, Petrol u Diesel se jkomplu jnaqqru l-kwalita’ tal-hajja tal-Konsumaturi
Iz-zidiet fil-prezz tal-Gas, Petrol u Diesel se jkomplu jnaqqru l-kwalita’ tal-hajja u l-livell ta’ ghixien tal-konsumaturi Maltin u Ghawdxin. Fi zmien meta l-gvernijiet kollha madwar id-dinja qed jaraw kif jaghmlu u jtaffu mill-pizijiet li qed jiffaccaw ic-cittadini, il-gvern Malti qed ikomplu jkun hu li jikkawza aktar pizijiet.
Certament dawn iz-zidiet se jkunu riflessa f’zieda fil-prezz ta’ diversi prodotti u servizzi essenzjali. Zidiet li se jkollhom jaghmlu tajjeb ghalihom il-konsumaturi Maltin u Ghawdxin, li kif rrizulta mill-istatistika tal-eurostat fl-ahhar xhur, kienu qed jaffaccaw l-oghla zieda fl-gholi tal-hajja fl-UE. Fl-istess waqt l-haddiem Malti kien l-inqas haddiem fl-UE li kellu zieda fil-pagi, kif ikkonfermat l-istess eurostat. Wiehed irid ukoll jikkonsidra l-effett li dawn iz-zidiet se jhallu fuq l-impjiegi.
Ghal darba ohra l-gvern ta’ Lawrence Gonzi kkonferma kemm hu gvern insensittiv u maqtugh mir-realta’ ekonomika u socjali ta’ pajjizna. Dan huwa l-oppost tal-weghdi ta’ serhan il-mohh u ta’ iktar flus fil-but li kien qed jaghmel sena ilu, l-Partit Nazzjonalista, fil-kampanja elettorali.
Pajjizna ghandu bzonn decizjonijiet li jzidu l-flus fil-bwiet tal-familji u mhux li jzidu l-flus fil-bwiet tal-gvern. Il-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi qed jimxi bil-kontra u minflok jimponi fuq il-konsumaturi kontijiet u spejjez li mhux biss huma ezagerati imma fl-istess hin mhumiex gustifikati.
Silvio Parnis
Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Protezzjoni tal-Konsumaturi
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment