Il-Gvern jehtieg jaghti spjegazzjoni cara ghaliex il-prezz, minghajr it-taxxi u d-dazji, tal-Petrol, Diesel u Pitrolju f'Malta hu l-ghola wiehed fl-UE. Minn figuri ppublikati fuq is-sit elettroniku energy.eu, Malta ghandha l-ghola prezzijiet minghajr it-taxxi u d-dazzji tal-fuel fl-UE, bil-prezz tal-Petrol ikun 0.49, il-prezz tad-Diesel 0.51 u l-Prezz tal-Pitrolju 0.56.
Bit-taxxi u d-dazzji nkluza l-prezz tal-Petrol f'pajjizna, li huwa ta' 1.06, hu d-disa' l-ghola wiehed fl-UE, b'0.10 ghola mill-medja. Il-Prezz tad-Diesel f'pajjizna, li huwa ta' 0.99, hu l-ghaxar ghola wiehed fl-UE, b'0.05 ghola mill-medja. Filwaqt li l-pitrolju li f'pajjizna jinbiegh 0.77, hu s-sitt l-ghola wiehed, 0.14 ghola mill-medja.
Il-Konsumaturi Maltin u Ghawdxin ghandhom dritt ikunu jafu ghalfejn qed ihallsu dawn il-prezzijiet esagerati, li huma ferm ghola mill-medja tal-UE u minn ta' certu pajjizi li ghandhom pagi ferm ghola minn dawk f'Malta. Il-Partit Laburista jishaq li l-gvern ghandu jispjega fost l-ohrajn x'wassal biex il-prezz tal-Fuel f'pajjizna minghajr it-taxxi u d-dazzji hu l-ghola wiehed fost is-27 pajjiz membru fl-UE.
Kif shaqt kemm –il darba n-nuqqas ta' informazzjoni li qed tinghata lill-konsumaturi Maltin u Ghawdxin hija inaccettabli u dan qed ikun anke rifless fil-kontijiet il-godda tad-dawl u l-ilma li qed jintbghatu. Il-Partit Laburista jishaq mill-gdid li l-gvern mhux biss ghandu jirtira l-kontijiet u jirrivedi mill-aktar fiss possibli t-tariffi l-godda tad-dawl u l-ilma li mpona, imma anke l-prezz tal-Petrol, Diesel u Pitrolju.
Ir-revizjonijiet li saru f'Dicembru li ghadda fil-prezzijiet tal-Fuel certament ma jirriflettux il-prezz internazzjonali taz-zejt u wisq anqas il-prezzijiet ta' pajjizi ohra fl-UE. Tajjeb li wiehed ifakkar li minkejja li l-prezz internazzjonali taz-zejt kien ilu jorhos ghal diversi xhur, il-gvern baqa jittratjeni sa tmiem is-sena li ghaddiet sabiex jirrevedi l-prezzijiet. Dan filwaqt li gvernijiet ohrajn Ewropej minufih hadu azzjoni u rahhsu l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel sabiex itaffu l-piz minn fuq il-konsumaturi. Fi zmien meta pajjizna beda jintalaqat mir-ricessjoni ekonomika internazzjonali, b'diversi haddiem jitilfu l-impjieg taghhom, il-gvern qed ikompli jghabbi lill-konsumaturi b'aktar pizijiet.
Silvio Parnis
Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Protezzjoni tal-Konsumaturi
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment