Iżda l-eżerċizzju tar-‘reshuffle’ serva għal kollox minbarra għal dan il-għan. It-tibdil mini mu fil-kabinett kompla jikxef id-dgħufija ta’ Lawrence Gonzi mhux biss quddiem id-deputati tiegħu imma wkoll quddiem il-membri tal-Kabinett.
L-intenzjo ni ta’ Lawrence Gon zi kienet ċa ra. Giovanna De bono ma kelliex tibqa’ Ministru għal Għawdex. Dan joħroġ ċar mhux biss mill-pjan żvelat minn Jeffrey Pullicino Orlando, imma bil-mod kif Dolores Cristina spiċċat tmexxi ‘mega’ Ministeru li ċertament ma kienx intenzjo nat li jkun mqass am b’dan il-mod.

Fl-istess żmien li l-poplu qed ikun xhud ta’ dan il-Gvern instabbli, li aktar hu moħħu biex isolvi l-problemi interni tal-Partit u jibqa’ jkaxkar sal-aħħar tal-leġiżlatura, qed jara l-Partit Laburista dejjem jissaħħaħ. Fil-Kon ferenza Ġenerali Annwali La burista ta’ din is-sena spikka fuq kollox il-mod kif kompla jispjega l-viżjoni tiegħu l-Mex xej Laburista Joseph Muscat. Ak tar persuni llum qegħdin jar fu, jifhmu u jirrikonoxxu dan il-moviment li qed jitkellem dwa ru l-Mexxej Laburista Joseph Muscat.
Persuni li jitkellmu miegħi qegħdin jaraw il-Partit Laburista jipprattika politika, li fuq kollox tirrispetta l-inteliġenza tagħhom.

Għalkemm għandi rispett kbir lejn Joe Cassar bħala persuna, jibqa’ l-fatt li din ir-riforma fis-saħħa hu kellu x’jaqsam magħha sa mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura u nittama li issa ma jiġix jitfa’ r-responsabilità kol lha fuq John Dalli, għax iċ-ċittadini mhumiex ċwieċ. Il-Poplu, il-pażjenti u fl-aħħar mill-aħħar il-konsumaturi qegħdin jistennew mill-Gvern diskors ċar. Il-Partit Laburista filwaqt li se jaħdem biex ikun hemm it-tibdil tant neċessarju fis-servizzi tas-saħħa se jagħti priorità assoluta lill-konsumatur biex ma jħallas spej jeż addizzjonali għal kura li s’is sa kien intitolat għalihom bla ħlas.
Tibdil ieħor li wettaq Lawrence Gonzi kien fil-portafoll ta’ Austin Gatt meta tneħħa minn taħt idejh il-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Austin Gatt għandu ċertament ħafna xi jwie ġeb dwar il-mod kif tmexxiet l-Enemalta fl-aħħar snin u kellu kull okkażjoni biex iwettaq it-tibdiliet neċessarji biex tonqos l-ineffiċenza u n-nuqqas serju ta’ pjanar fix-xiri taż-żejt.
Irrid ukoll nieħu din l-okkaż joni biex nħeġġeġ lil kulħadd jingħaqad mal-Għaqda tal-Unions Maltin għal protesta li se ssir fit-28 ta’ Frar. Il-ħidma ta’ dawn l-unjins, li kkumissjo naw ukoll studju dwar l-impatt tat-tariffi tad-dawl, ilma u drennaġġ, hi ta’ min ifaħħara għax se jagħtu okkażjoni lill-poplu biex b’vuċi waħda jsemma leħ nu mhux biss kontra l-kontijiet tad-dawl u l-ilma imma wkoll kontra dan il-Gvern li tilef kull sens ta’ direzzjoni.
Nittama li din il-manifestaz zjoni twassal messaġġ ċar lid-deputati kollegi tiegħi fuq in-naħa l-oħra tal-kamra biex meta jiġu għall-vot kontra dawn it-tariffi, jivvotaw b’kuxjenza.
(Ippublikat fuq il-gurnal l-orizzont 19 ta' Frar 2010)
No comments:
Post a Comment