Wednesday, February 4, 2009

Il-Kontijiet tad-dawl u l-ilma li ntbghatu lill-konsumaturi Maltin u Ghawdxin ghandhom ikunu rtirati


L-izvillupi li sehhew fl-ahhar sieghat kkonfermaw dak li l-Oppozizzjoni Laburista ila tghid zmien twil, li l-Gvern ghal skapitu politiku kien qed jittratjeni r-revizjonijiet ovji li kellhom isiru fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma biex ikunu eqreb ta’ l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

F'ittra mibghuta lic-chairman tal-Awtorita' dwar ir-Rizorsi, il-Kap Ezekuttiv tal-Korporazzjoni Enemalta qal li qed jistenna li l-proposta dwar it-tariffi titressaq quddiem l-awtorita’ mhux aktar tard mit-tieni Gimgha ta' Marzu 2009. Dan ifisser li r-revizjonijiet fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma mhux se jkunu riveduti qabel din id-data.

Il-Partit Laburista jishaq li r-revizjonijiet mhux biss ghandhom isiru mmedjatament, imma li r-revizjonijiet isiru b'mod retroattiv mill-1 ta' Ottubru 2008. Dan mhux biss ghaliex l-unions prezenti ghall-laqgha mal-Awtorita Maltija ghar-rizorsi qalu li l-ufficjali tal-awtorita assiguraw li r-revizjoni tal-kontijiet kellha ssir b'lura, jigifieri b'effett mill-1 ta’ Ottubru 2008, imma wkoll fid-dawl tad-diversi stqarrijiet u weghdi pubblici li saru mill-gvern.

Ewlenija fosthom tkun dik tal-Ministru Austin Gatt fejn fost affarijiet ohra kien qal li l-Gvern mhux bi hsiebu jghabbi lill-konsumatur b'centezmu aktar milli hemm bzonn, u li jekk hemm inefficjenzi fl-Enemalta dawn ghandha taghmel tajjeb ghalihom il-Korporazzjoni. L-istess Austin Gatt kien wieghed li jnaqqas is-surcharge bin-nofs jekk il-prezz taz-zejt jorhos ghal 85$ -il barmil.

Kif zvela l-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat il-prezz tal-kunsinna taz-zejt li tixtri l-EneMalta minn Gunju sal-lum naqas b'60 fil-mija. Imma meta xtara dan iz-zejt il-Gvern, dan xtrah bi 30 fil-mija inqas fl-istess perjodu. Ghaldaqstant it-tariffi tad-dawl u l-ilma huma flus misruqa mill-bwiet tal-poplu u l-kontijiet li ntbghatu lill-konsumaturi Maltin u Ghawdxin ghandhom jigu rtirati.

La darba l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li nharrgu s'issa jigu rtirati, il-gvern ghandu jassigura li l-prezzijiet tas-servizzi u prodotti li fl-ahhar gimghat gholew minhabba l-kontijiet esagerati jkunu wkoll riveduti l-isfel biex il-konsumaturi ma jbatux huma l-izbalji u t-tahwid li sar fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

No comments:

Post a Comment